Żewġ anzjani oħra jmutu waqt li jkunu pożittivi għal-Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irraportati 86 każ ġdid filwaqt li 56 ġew imfejqa

Il-pandemija tal-Covid-19 ħasdet il-ħajja ta' żewġ anzjani oħra f'pajjiżna, mara ta' 96 sena u raġel ta' 79 sena.

Għaldaqstant mil-bieraħ għal-lum f'Malta ġew irreġistrati 86 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 56 pazjent ġew iddikjarati mfejqa.

Dan ifisser li issa l-każi attivi telgħu għal 643, bir-rata ta' pożittività tibqa ta' 2.5%.

Il-pazjenti f'Mater Dei niżlu għal 32-il pazjent bil-Covid-19 u żewġ persuni jinstabu fl-ITU.

Intant f'Malta ġew amministrat 788,292 doża tal-vaċċin. 407,154 persuna issa huma mlaqqma kompletament filwaqt li 409,498 persuna qed jistennew it-tieni doża.

More in Politika