Il-qgħad jonqos b'aktar minn 2,400 persuna f'sena

Il-qgħad kompla nieżel biex f'Lulju li għadda kien ilaħħaq l-1,542...

F'Lulju n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kienu ta' 1,542, tnaqqis ta' 2,439 meta mqabbel mal-istess xahar fl-2020. Minn dawn 2,238 huma nies li kienu qed jirreġistraw fl-ewwel parti tar-Reġistru tal-Qgħad filwaqt li 201 qed jirreġistraw fit-tieni parti. 

Kien reġistrat tnaqqis ukoll fost il-persuni b'diżabilità, b'10 persuni,  biex kien hemm b'kollox 258 persuna b'diżabilità matul ix-xahar ta' Lulju. L-irġiel kien jiffurmaw 73.3% ta' dawk il-persuni b'diżabilità mingħajr impjieg. 

L-aktar xogħol li kienu qed japplikaw għalih l-irġiel u n-nisa kien dak klerikali b'22.8% u 42.5% rispettivament. 

More in Politika