Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 40 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li 66 pazjent ġew imfejqa, dan iwassal biex il-każijiet attivi f'Malta issa jammontaw għal 642.
Intant, mara ta' 61 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19 u bil-mewt ta' pazjenta oħra ilbieraħ l-imwiet totali issa jammontaw għal 439.
Fl-aħħar 24 siegħa, saru 3,411 test filwaqt li r-rata ta' pożittivita tal-każi fl-aħħar 24 siegħa kienet ta' 1.2%. F'Mater Dei insibu 29 pazjent rikoverati għal-Covid-19, b'tnejn fl-ITU.
Malta għandha 411,422 persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 412,605 persuna ħadu mqar doża waħda.
Minn meta wasal il-vaċċin, Malta amministrat 794,531 doża.