Żewġt anzjani weġġgħu wara li lbieraħ waranofsinhar ġew fl-idejn waqt argument fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30pm fi Triq il-Ferrovija.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li anzjan ta' 66 sena, residenti Bormla, kien involut f'argument ma' raġel ieħor ta' 71 sena residenti l-Fgura.
Ir-raġel ta’ 66 sena ġie assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
Ir-raġel l-ieħor, ta’ 71 sena mar f’ċentru tas-saħħa u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.