'Il-kultura ta' intolleranza lejn l-imħuħ ħielsa jeħtieġ tispiċċa darba għal dejjem'
Dimostrazzjoni kontra attakki fuq il-misja u attivisti...
More in Politika
Dimostrazzjoni kontra attakki fuq il-misja u attivisti...
Waqt li kien qed jindirizza dimostrazzjoni li ssejħet biex turi appoġġ lill-ġurnalisti u attivisti fi-dawl ta' diversi siti li kienu riprodotti b'mod malinn fi spam, il-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina sostna li l-kultira tal-intolleranza u l-attakki jeħtieġ jieqfu.
"U din tista’ tispiċċa biss jekk l-Istat, u dawk kollha involuti fil-ħajja pubblika, jibagħtu messaġġ b’saħħtu lill-poplu kollu billi jagħtu kas dak li qaltilhom l-inkjesta pubblika u jbiddlu l-imġiba u l-attitudni tagħhom." Huwa sostna għalhekk li kampanji ta' demonizzar u skreditar kontra attivisti u ġurnalisti jeħtieġ jitwaqqfu
"Dawn il-kampanji huma att ta’ vjolenza fuq il-ġurnalisti u fuq l-attivisti ħielsa u huma att ta’ vjolenza akbar fuq id-demokrazija u fuq id-dritt għall-informazzjoni ta’ kull ċittadin ta’ dawn il-gżejjer," temm jisħaq Aquilina.
Tkellem ukoll Immanuel Mifsud illi qal li jekk trid tagħlaq ħalq xi ħadd "ifisser li għandek il-faħam miblul, jew li qed tibża’ li dak li jkun se jikxiflek għawarek, jew li dak li qed jingħad dwarek tant hu minnu li qiegħed jiskomodak. Li kont verġni u pur ma kien ikollok ebda preokkupazzjoni b’dak li jiktbu."
Din id-dimostrazzjoni kienet organizzata minn Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com u kellha wkoll l-appoġġ ta' diversi portals: ILLUM, Maltatoday, The Malta Independent, Net News, Newsbook, 4Malta.tv, Sidestreet. Ma' dawn numru ta' għaqdiet mhux governattivi: KSU, SOS Malta, Aditus Accessing Rights, PEN Maltau l-Malta Women’s Lobby.
Preżenti wkoll kien hemm membri tal-istitut Malti tal-Ġurnalisti (IĠM).