Fi stqarrija, il-Partit Laburista saħaq li mhu qed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech, wisq inqas €200,000.
Dan wara rapporti li żvelaw kif l-eks Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Gino Cauchi, kien iddiskuta ma’ Yorgen Fenech ftehim ta’ ‘konsulenza’ biex kumpanija b’rabtiet mal-Partit Laburista tirċievi €200,000 mingħand Tumas Group.
B'reazzjoni għall-istqarrija tal-PN maħruġa ftit wara, il-PL insista li l-Partit Nazzjonalista ma għandux kredibbilità jitkellem dwar dan is-suġġett.
"Fil-fatt, din in-nuqqas ta’ kredibbiltà tirriżulta minn dak żvelat mill-istess midja ta’ dak li llum hu strateġist tal-Partit Nazzjonalista, li tkellmet kemm-il darba dwar min mar jittallab il-flus mingħand l-istess persuni," insistiet l-istqarrija.
Il-PL insista li l-Kap Nazzjonalista "baqa’ ma ta ebda spjegazzjoni għaliex il-Kap tiegħu offra maħfra lill-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għal darba, tnejn."