Il-PN b'ħames proposti sabiex jgħin l-industija tal-manifattura u n-negozji żgħar
Dan kollu ġie mħabbar mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f'konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni illum
More in Politika
Dan kollu ġie mħabbar mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f'konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni illum
Il-Partit Nazzjonalista ħabbar ħames proposti biex jgħinu l-industrija tal-manifatura, in-negozji żgħar fkif ukoll metodi ta' għajnuna għal ħaddiema. Dan ġie mħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Nazzonjalista Jason Azzopardi bl-għan li l-istess proposti mħabbra jwasslu sabiex "l-ispejjeż tal-kumpaniji u l-imprendituri jonqsu filwaqt li l-paga tal-ħaddiema tiżdied."
Azzopardi ħabbar li l-PN qed jipproponi li jitwaqqaf fond nazzjonali ta’ 40 miljun Ewro biex ngħinu lill-industrija tal-manifattura u l-SMEs biex jgħelbu l-problema ta’ spejjeż żejda kkawżati mis-sitwazzjoni ġeografika ta' gżira mdawra bil-baħar.
Din il-proposta kienet imfassla wara konsultazzjoni mal-istakeholders kollha hekk kif kien innutat li pajjiżna ma jistax jikkompeti ma pajjiżi oħrajn għaliex għandu ħafna spejjeż marbuta ma’ trasport, kif tixhed l-istatistika. Il-proposta tal-PN ta’ fond ta’ 40 miljun se tfisser żieda ta’ 10% fil-GDP.
Azzopardi ġab ukoll eżempju ta' sitwazzjoni li baqgħet tiggrava hekk sknt hu kif minħabba l-pandemija, kontejner miċ-Ċina lejn Malta li kien jiswa lill-imprendituri 2,000 Ewro, issa qed jiswa 11,000 Ewro.
Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-Gvern biex jagħmel talba lill-Kummisjoni Ewropea sabiex ikun hemm emendi għal regoli ta’ state aid filwatq li jkun hemm eċċessjoni biex il-Malti jkun jista ta’ kull sena jibbenefika minn għajnuna u jikkompeti ma kull min huwa fil-madwar.
Il-proposti li ħabbar il-PN huma dawn:
Jason Azzopardi kien akkumpanjat mill-Kandidati tal-PN għall-elezzjoni ġenerali, Stanley Zammit u Noel Muscat.