Il-Ministru Farrugia jinsisti li l-irziezet solari ma jistgħux jinbnew fuq art agrikola

Dan wara applikazzjoni għall-bini ta' razzett solari fl-Imġarr fuq 38 tommna ta’ art li għadha tinħadem

Il-Ministeru għall-Ambjent Aaron Farrugia insista li l-liġi kif inhi bħalissa tipprojbixxi li l-irziezet solari jinbnew fuq art agrikola.

Meta kien qed jitkellem mal-MaltaToday, qabel laqgħa tal-Kabinett, il-Minstru insista li l-Gvern kien ċar fil-politika tiegħu dwar l-irziezet solari, jiġifieri li dawn ma jistgħux jinbnew fuq art agrikola.

Spjega kif l-investituri qed ikunu mħeġġa li jibnu dawn l-irziezet solari fuq landfills li ma għadhomx jintużaw, żoni industrijali, bjut u parkeġġi.

Għadd ta’ residenti tal-Imġarr u anke l-Moviment Graffitti qed jopponu żvilupp propost għall-bini ta’ razzet sollari fuq 38 tommna ta’ art li għadha tinħadem.

Dan il-proġett għadu qed jistenna l-konsiderazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Mistoqsi jekk il-Gvern hux se jopponi jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova dan il-proġett, il-Ministru tenna li l-politika li l-Awtorità qed taħdem biha hija ċara, jiġifieri li l-irziezet solari ma jistgħux jinbnew fuq art agrikola.

Aqra wkoll:

 

More in Politika