Jonqsu l-pazjenti bil-Covid-19 fl-isptar iżda jiżdiedu dawk fl-ITU

B'kollox f'Mater Dei hemm 32 pazjent bil-Covid-19 u ħamsa minnhom jinsabu fl-ITU

Malta għandha 747 każ attiv ta' Covid-19 u minkejja li dan ifisser żieda marġinali mill-bieraħ, l-għadd ta' pazjenti fl-Isptar reġa' naqas għal 32.

Mill-banda l-oħra, anke jekk naqsu l-pazjenti fl-isptar, żdiedu dawk rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, hekk kif bħalissa hemm rikoverati ħames pazjenti.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 50 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 26 pazjent ieħor.

Sa issa, 2,955 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin. Dawn jinkludu anzjani residenti fi djar ta' kura u persuni li minħabba l-kundizzjoni jew inkella l-kura li qed jirċievu, ma jkollhomx biżżejjed immunità.

More in Politika