Ir-restrizzjonijiet marbuta mas-safar u anke l-protokolli tal-kwarantina mistennija jinbidlu. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Fuq Twitter, il-Ministru qal li dawn il-bidliet ġew diskussi waqt laqgħa mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci u mistennija jitħabbru għada waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara kritika qawwija li qed jirċievu l-awtoritajiet tas-saħħa hekk kif persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi mhux meqjusa siguri għas-safar (dark red zones), qed ikunu kostretti jagħmlu kwarantina f'lukanda anke jekk ikollhom proprjetà f'Malta jew inkella jkunu għamlu arranġamenti oħra.
Dawn il-persuni qed jispiċċaw iħallsu €100 kuljum, b'uħud minnhom jilmentaw dwar il-kundizzjonijiet u anke l-ikel mogħtija.
Aqra wkoll: