Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li mmasturba fil-pubbliku, mhux ħafna 'l bogħod minn post fejn jilagħbu t-tfal
Ir-raġel, mis-Somalja imma residenti l-Marsa, ġie arrestat wara li sar rapport hekk kif żewġt itfal indunaw b'dak li kien qed jagħmel.
Huwa nqabad ukoll bil-kameras tas-CCTV.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat pprova jaħrab mill-Pulizija.
L-akkużat wieġeb mhux ħati.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €500. Tpoġġa wkoll taħt curfew u ordnat jiffirma fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.