'TVM News+ ... stazzjon ta' propoganda mil-Labour fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali' - PN
Fil-każ tal-aħbarijiet tal-bieraħ fuq TVM, Agius jispjega li 5% biss tal-kontenut kien dwar il-PN
More in Politika
Fil-każ tal-aħbarijiet tal-bieraħ fuq TVM, Agius jispjega li 5% biss tal-kontenut kien dwar il-PN
Għalkemm għadu ma bediex ixandar programmi, l-istazzjon ġdid TVM News+ xorta waħda spiċċa suġġett ta' kontroversja hekk kif il-Viċi Kap għall-affarijiet tal-Parlament, David Agius, akkuża lill-PBS li dan l-istazzjon se jkun biss makkinarju ġdid ta' propoganda sabiex il-Prim Ministru jkompli juża l-istazzjonijiet tax-xandir pubbliku għad-diżpożizzjoni tiegħu.
"Komplejna naraw ix-xandir ta' pajjiżna ... idawwar TVM 2 minn stazzjon ta' kultura, arti, xjenza u tagħrif ġenerali għal stazzjon li jidher biċ-ċar li se jkun il-fus tal-propoganda tal-Labour fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss" David Agius
Dan intqal f'konferenza tal-aħbarijiet oħra mill-Partit Nazzjonalista fejn din id-darba l-Viċi Kap għall-affarijiet tal-Parlament, David Agius u l-kandidata Alessia Psaila Zammit indirizzaw, dik li huma sejħu, żbilanċ fix-xandir pubbliku.
Fost l-ilmenti li saru fil-konferenza tal-aħbarijiet insibu dak dwar il-bullettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ u ta' ġranet ta' qabel fejn "għal xi raġuni ma ġietx rrapurtata il-konferenza tal-PN." Fil-każ tal-aħbarijiet tal-bieraħ fuq TVM, Agius jispjega li 5% biss tal-kontenut kien dwar il-PN filwaqt li 50% tal-kotenut kien biss "propoganda qawwija tal-Partit Laburista."
Dan għalihom ifisser biss li s-sitwazzjoni tax-xandir f'Malta hi maħkuma mill-Gvern ta' Robert Abela hekk kif l-istazzjon tat-TVM qiegħed jintuża biss bħala magna ta' propoganda kemm għall-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll għall-PL.
Din mhux l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista tkellem dwar dik li jiddeskrivi bħala "inġustizzja" u "żbilanċ." L-istess partit kemm il-darba tella' ilmenti u bagħat rapporti lill-Awtorità tax-xandir ukoll fl-aħħar snin li għaddew.