'Dan huwa t-tip ta’ proġett li Malta għandha bżonn' - Bernard Grech

Bernard Grech jisħaq li gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed ifittex opportunitajiet biex joħloq aktar spazji miftuħa f'kull lokalità wara  konsultazzjoni mar-residenti u n-negozji tal-lokalità

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, għamel referenza għal disinji ta' ġnien miftuħ li qed ikun propost għal Triq Sant' Anna, il-Furjana, liema proġett reġa' qed jissemma'.

Fuq Facebook, Grech saħaq li dan huwa t-tip ta’ proġett li Malta għandha bżonn, jiġifieri spazji miftuħa, ħdura u spazji fejn il-poplu kollu jista’ jgawdi b’mixjiet, b’roti, bl-eżerċizzju jew jirrilassa.

"Kif diġà pproponejna, gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed ifittex opportunitajiet bħal dawn f’kull lokalità. F’kull każ, naraw li ssir konsultazzjoni mar-residenti u n-negozji tal-lokalità, biex nassiguraw li jkollna soluzzjoni għal kwalunkwe problema jew diffikultà li nistgħu nsibu," insista l-Kap Nazzjonalista.

Ħeġġeġ lill-periti li ddisinjaw dan il-proġett, u lil oħrajn li għandhom ideat simili, biex jaqsmu l-ideat u d-disinji tagħkom fuq is-sit tal-kampanja kun il-bidla.

"Ejja nerġgħu nsebbħu lil Malta," kiteb Grech. 

More in Politika