Jibqgħu jonqsu l-każi attivi u aktar l-pazjenti bil-Covid-19 f'Mater Dei

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu biss 12-il każ ġdid ta' Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu biss 12-il każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 47 persuna oħra.

Dan ifisser li f'Malta hawn 488 każ attiv ta' Covid-19. Dan l-ammont ilu jonqos għal dawn l-aħħar jiem.

Komplew jonqsu wkoll il-pazjenti f'Mater Dei hekk kif bħalissa hemm rikoverati 15-il persuna bil-Covid-19.

Minn dawn, erba' jinsabu fl-ITU.

Intant, 5,798 persuna diġà ħadu l-booster tat-tilqima.

More in Politika