Il-Prim Ministru Robert Abela kkundanna t-theddid li rċevew ġurnalisti u attivisti matul l-aħħar ġimgħat filwaqt li jinsab f'kuntatt mal-Pulizija biex jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex Manuel Delia u l-familja tiegħu jkunu protetti.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma dan f'kummenti uffiċjali ma' MaltaToday. Dan wara li l-attivist u l-blogger Manuel Delia qal li se jkun kostrett iħalli lil Malta b'mod temporanju biex jipproteġi lilu nnifsu u lil familjla.
Dan wara telefonati u messaġġi anonimi li qed jirċievi, b'theddid fuq ħajtu.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru insista li l-PM jikkundanna dan it-theddid u qed jaħdem biex jagħti aktar protezzjoni lill-ġurnalisti.
Ikkonferma wkoll li l-Prim Ministru għamel kuntatt mal-Kummissarju tal-Pulizija biex jassigura s-sigurtà tal-familja ta' Manuel Delia.
Qal ukoll li l-Korp tal-Pulizija kien diġà f'kuntatt ma' Manuel Delia u l-investigazzjonijiet neċessarji kienu bdew.
Aqra wkoll: