Anzjana titlef ħajjitha waqt li kellha l-Covid-19 imma l-każi jibqgħu baxxi

Fl-isptar bħalissa hemm 15 -il pazjent bil-Covid-19 filwaqt li erbgħa minnhom jinsabu fl-ITU

Anzjana ta' 94 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19, biex hekk l-għadd ta' vittmi tal-pandemija tela' għal 457.

Mill-banda l-oħra, il-każi attivi komplew jonqsu hekk kif instabu 13 -il każ ġdid iżda fiequ 29 persuna.

Fil-fatt, bħalissa hawn f'Malta 471 każ attiv ta' Covid-19.

Fl-isptar bħalissa hemm 15 -il pazjent bil-Covid-19 filwaqt li erbgħa minnhom jinsabu fl-ITU.

6,141 persuna diġà ħadu l-booster tal-vaċċin hekk kif issa tlesta t-tilqim bid-doża addizzjonali fost l-anzjani residenti fi djar ta' kura.

More in Politika