Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar Ċentru Nazzjonali tal-Motorsports bi trakka tal-karozzi b'investiment totali ta' €20 miljun. Huwa ħabbar dan meta dalgħodu kien qed ilaqqa' l-Kabinett fil-Padiljun Sportiv ta' Ta' Qali, fejn tkellmu wkoll rappreżentanti ta' diversi għaqdiet sportivi.
Il-proġett se jkun qed jara li jsir investiment fil-faċilitajiet eżistenti biex kuntrarjament għal dak li jsir bħalissa, kompetizzjonijiet issa se jkunu regolati bil-ħin u skont prattiċi internazzjonali.
Intant dan il-proġett mhux se jersaq lejn iż-żona residenzjali ta' Birżebbuġa - xi ħaġa li l-PM Abela qal illi talab hu stess personalment - u mhux se tittieħed art ODZ.
Din it-trakka tal-karozzi ilha snin tiġi mwiegħda kemm mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Laburista