Edward Scicluna jitlef libell li kien fetaħ kontra Simon Busuttil

L-eks Ministru u llum Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna jitlef libell dwar tweet li kien kiteb l-eks Kap tal-Oppożizzjoni

L-eks Ministru u llum Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna tilef libell li kien fetaħ hu stess, kontra l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil, meta dan kien akkużah illi hu mdaħħal f'investigazzjoni dwar ħasil ta' flus. 

Busuttil kien qal fi tweet illi bħala pajjiż fiż-żona ewro ma jistax ikun ikollna Ministru tal-Finanzi li jkun mdaħħal f'investigazzjoni ta' ħasil ta' flus. Huwa kien qal li Scicluna kellu jirreżenja, sakemm inaddaf ismu. 

Scicluna, flimkien mal-eks Ministri Konrad Mizzi u Chris Cardona huma soġġetti għal investigazzjoni fuq il-ftehim ta' privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi lill-VGH. 

L-eks Ministru Edward Scicluna qal illi t-tweet ta' Simon Busuttil għamlitlu ħafna ħsara u ċaħad illi l-Ministeru kien involut fil-ftehim mal-VGH. Il-Kabinett kien assuma responsabilità kollettiva għal din il-konċessjoni u oħrajn simili. 

 

More in Politika