Aktar karozzi misruqa fil-Kanada interċettati u kkonfiskati fil-Freeport ta' Malta
Id-Dwana interċettat 12-il vettura oħra biex issa t-total ilaħħaq l-24 karozza
More in Politika
Id-Dwana interċettat 12-il vettura oħra biex issa t-total ilaħħaq l-24 karozza
Id-Dwana interċettat u kkonfiskat aktar karozzi li nsterqu mill-Kanada u li nstabu moħbija f’kontejners li kienu għadhom kemm waslu Malta.
Fil-fatt, fl-aħħar siegħa, instabu u ġew ikkonfiskati 12-il vettura oħra biex hekk it-total ilaħħaq l-24 karozza. Dawn il-vetturi kienu abbord bastimenti li waslu Malta iżda li kienu fi triqithom lejn Abu Dhabi.
Fi stqarrija, id-Dwana spjegat li l-Pulizija fil-Kanada identifikat grupp kriminali u wettqet numru ta’ rejds u arresti. Dan wara l-informazzjoni li rċeviet minn Malta u li kkonfermat li l-karozzi kollha li ġew ikkonfiskati kienu misruqa.
Waqt ir-rejds, jidher li nstabu aktar vetturi misjuqa, informazzjoni dwar it-tbaħħir u anke ammont ta’ flus.
Jidher li ukoll li żewġ vetturi li laħqu waslu Malta u ġew ikkonfiskati kienu misruqa bi vjolenza.
L-istess investigazzjoni waslet biex jiġu identifikati numru ta’ kontejners oħra b’vetturi misruqa li kienu lesti biex jiħallu l-Kanada.
Dalgħodu, l-awtoritajiet fil-Kanada rringrazzjaw lid-Dwana Maltija għal din l-operazzjoni.
Din hija l-lista tal-vetturi kollha li nsterqu u li nstabu Malta: