Filmat | Protesta ta' 72 siegħa quddiem id-Depot minn Repubblika

... u nhar il-Ġimgħa ssejjaħ protesta nazzjonali quddiem Kastilja li ssejħilha "l-uffiċċju tal-protettur l-ieħor 

Protesta quddiem id-Depot tal-Furjana
Protesta quddiem id-Depot tal-Furjana

Robert Aquilina, President tal-Għaqda Repubblika ħabbar li ser issir protesta fil-forma ta' sit-in għal tliet ijiem quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. 

"Aħna ta’ Repubblika se nkunu qed nagħmlu azzjoni ta’ sit-in, hawn quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Jiena personalment se nibqa’ hawn quddiem il-bieb prinċipali tad-Depot u miegħi se jibqgħu hawn ukoll persuni oħra. Se nibqgħu hawn matul il-lejl, se nibqgħu hawn matul il-ġurnata ta’ għada u se nibqgħu hawn, kull ħin, għal 24 siegħa kuljum, lejl u nhar, xemx jew xita, sa nhar il-Ġimgħa li ġej," ħabbar Aquiilina. 

Huwa ħabbar ukoll li fl-aħħar ta' dawn it-72 siegħa  - jekk il-Kummissaeju tal-Pulizija ma jressaqx lill-Konrad Mizzi  - ser issir protesta nazzjonali quddiem Kastilja, li jsejjħilha "l-uffiċċju tal-protettur l-ieħor ta’ Konrad Mizzi, il-Prim Ministru Robert Abela."

"Se ngħid lill-Kummissarju Gafà li fil-mument li jarresta u jressaq il-Qorti lid-Diżonorevoli Korrott Konrad Mizzi, aħna nkunu lesti nwaqqfu l-azzjoni tagħna, nitilqu minn quddiem id-Depot u nħassru l-protesta tal-Ġimgħa. Iżda jekk il-Kummissarju jibqa’ jabdika mir-responsabbiltajiet tiegħu u jibqa’ ma jagħmel xejn, aħna se nibqgħulu hawn, wara biebu, u nhar il-Ġimgħa se mmorru bi ħġarna nipprotestaw quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru," qal Aquilina. 

Repubblika sejħet din il-protesta wara li l-eks Ministru Konrad Mizzi ma deherx quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb dwar l-Electrogas. Illum reġa' ssejjaħ għall-ħames darba. 

More in Politika