Il-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva ħabbar li mil-lum stess, il-ħinijiet taż-żjarat lir-residenti fi djar tal-anzjani u f’San Vinċenz de Paul se jkunu qed jiżdiedu.
Il-ħinijiet se jinkludu siegħa filgħodu u erba’ sigħat waranofsinhar, skont il-ħinijiet stabbiliti f’kull dar.
Se jkun permess li jidħlu żewġ viżitaturi ħdejn kull resident, dment li dawn ikunu mlaqqmin kompletament.
Il-ħinijiet u l-proċeduri għall-viżitaturi li mhumiex imlaqqmin mhux se jkunu qegħdin jinbidlu. Il-bqija tar-regolamenti li hemm se jibqgħu fis-seħħ.
Apparti minn hekk, impjegati li huma mlaqqmin se jkunu jistgħu jaħdmu f’aktar minn dar waħda.