Il-PN jgħid li Rosianne Cutajar għandha tirriżenja minn Deputat Parlamentari

‘F’każ li ma tagħmilx hekk il-Prim Ministru Robert Abela għandu jara li Cutajar titkeċċa’

Waqt laqgħa li saret illum wara nofsinhar, il-Kumitat dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, approva r-rapport tal-Kummissajru George Hyzler fil-konfront tad-Deputat Rosianne Cutajar. Dan dwar ħlas ta’ senserija ta’ eluf ta’ ewro f’negozju li jinvolvi lil Yorgen Fenech, ma ddikjaratx id-dħul ta’ senserija fid-dikjakrazzjoni tal-assi u rċeviet rigal ta’ €9,000 mingħand Yorgen Fenech. Għalhekk id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jistenna li Rosianne Cutajar minnufih tirriżenja minn Membru Parlamentari. Jgħidu li f’każ li ma tagħmilx hekk il-Prim Ministru Robert Abela għandu jara li Cutajar titkeċċa mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.

Il-PN ifakkar li għad fatal tliet investigazzjonijiet għaddejin fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Dawn huma;

1. mit-Tax Compliance Unit tad-Dipartiment tat-Taxi interni dwar evażjoni ta’ taxxa;

2. mill-Pulizija ta’ Malta, meta Rosianne Cutajar informat lill-Kummissarju Hyzler li qiegħda tgħaddilu kopji tal-messaġġi scambjati bejnha u l-imprenditur sid ta’ 17 Black hekk kif mogħtija lilha mill-puliżija taħt disclosure;

3. mill-Committee on Rules of Procedure, Immunities and Institutional Affairs tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

More in Politika