63 każ ġdid ta' Covid-19 iżda jonqsu l-pazjenti fl-ITU

Bħalissa f'Mater Dei hemm total ta' 16-il persuna bil-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 63 każ ġdid ta' Covid-19 u anke l-fejqan ta' 25 pazjent ieħor.

Dan ifisser li l-każi attivit komplew jiżdiedu. Fil-fatt, bħalissa f'Malta hawn total ta' 473 persuna li huma morda bil-Covid-19.

Madanakollu, il-pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva naqsu. Fil-fatt, huma tliet pazjenti biss li għandhom bżonn kura intensiva.

F'Mater Dei hemm total ta' 16-il persuna bil-Covid-19, jiġifieri żewġ pazjenti aktar mill-bieraħ.

It-tilqim kompla wkoll. 67,364 persuna issa ħadu wkoll il-booster tat-tilqima.

More in Politika