Il-każijiet attivi jaqbżu s-600 imma l-għadd ta' pazjenti fl-isptar jibqa' stabbli

Hemm 13-il pazjent fl-Isptar Mater Dei morda bil-Covid-19, b'tnejn minnhom jirċievu l-kura fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu total ta' 55 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 17 -il persuna fieqet. B'hekk in-numru ta' każi attivi issa jaqbeż s-600 każ, b'603 każ attivi fil-gżejjer Maltin.

Madanakollu, l-għadd ta' pazjenti fl-isptar jibqa' stabbli. Dan għaliex hemm 13-il pazjent fl-Isptar Mater Dei morda bil-Covid-19, b'tnejn minnhom jirċievu l-kura fl-ITU.

Intant, kompla wkoll it-tilqim fejn 76,771 persuna ħadet il-booster.

 

More in Politika