79 każ ġdid ta' Covid-19 imma l-pazjenti f'Mater Dei ikomplu jonqsu

Malta għandha issa 753 każ attiv ta' Covid-19 iżda tliet pazjenti biss jinsabu fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 79 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 30 pazjent.

Dan ifisser li l-każi attivi f'Malta issa huma 753.

Madanakollu, il-pazjenti f'Mater Dei reġgħu naqsu biex b'kollox hemm 13-il pazjent li għandhom bżonn kura ħabba l-Covid-19.

Minn dawn, tlieta jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

87,802 persuni ħadu l-booster tal-vaċċin.

More in Politika