Il-Qorti tiċħad il-ħelsien mill-arrest lil Jamie Vella

Vella qiegħed jiġi akkużat li pprovda l-bomba li ntużat fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Għal darb' oħra, il-Qorti Kriminali tiċħad it-talba tal-ħelsien mill-arrest lil Jamie Vella, wieħed mill-akkużati li allegatament ipprovda l-bomba li ntużat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Vella, li qiegħed jiġi akkużat flimkien mal-aħwa Tal-Maksar, Adrian u Robert Agius, kif ukoll George Degiorgio għamlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest fl-14 ta' Diċembru. 

Din mhux l-ewwel darba li l-Qort ċaħdet din it-talba, hekk kif talba oħra ġiet irrifjutata f'Novembru. Intant l-Imħallef Edwina Grima rrimarkat li Vella qiegħed jiġi akkużat fuq wieħed mill-aktar atti serji fil-kodiċi kriminali, il-qtil. Intat hija saħqet ukoll li filwaqt li l-akkużat għandu d-dritt li jkun preżunt bħala innoċenti sakemm tinqata' s-sentenza, id-dritt għall-ħelsien mill-arrest mhuwiex awtomatiku u huwa soġġett għall-kundizzjonijiet tal-kodiċi kriminali.

More in Politika