Andy Ellul se jkun co-opted fil-Parlament wara r-riżenja ta' Silvio Grixti

Huwa ħa post Silvio Grixti, li rriżenja wara li l-Pulizija fetħet investigazzjoni dwar ċertifikati tal-mard foloz u ffirmar ta' dokumenti foloz

L-avukat Andy Ellul se jiġi co-opted bħala Membru Parlamentari ilbieraħ filgħaxija.

Il-Partit Laburista ħabbar dan filwaqt li qal li għal dawn l-aħħar tmien snin, Ellul kien involut fit-tfassil ta' riformi u liġijiet importanti f'pajjiżna, fosthom dawk relatati mal-qasam soċjali u tal-familja. Ellul kien ukoll Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote. 

Għaldaqstant, Ellul se jkun qed jieħu s-siġġu ta' Silvio Grixti, tabib mediku li rriżenja mis-siġġu parlamentari tiegħu wara investigazzjoni tal-pulizija dwar allegati ċertifikati irregolari u ffirmar ta’ dokumenti foloz.

Andy Ellul tilef darbtejn siġġu parlamentari f’din il-leġiżlatura – l-ewwel meta tilef għal ftit elezzjoni każwali fuq ir-Raba’ Distrett u t-tieni meta ġie injorat għal co-option biex jieħu post Etienne Grech mill-istess distrett. Minkejja dan l-Avukat Andy Ellul huwa Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

 

More in Politika