Andy Ellul jieħu l-ġurament bħala Deputat ġdid tal-Gvern
Huwa ġie co-opted wara r-riżenja ta' Silvio Grixti
More in Politika
Huwa ġie co-opted wara r-riżenja ta' Silvio Grixti
Andy Ellul ħa l-ġurament bħala Deputat ġdid tal-Gvern fil-Parlament hekk kif ġie co-opted wara r-riżenja ta’ Silvio Grixti.
Fl-ewwel diskors tiegħu, Ellul saħaq li huwa “onorat u privileġġat” li se jkun qed iservi fl-ogħla istituzzjoni f’Malta.
Wiegħed li jservi b’lealtà lill-Parlament u anke b’rispett lejn id-Deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.
Ellul huwa Avukat li fl-elezzjoni ġenerali se jkun qed jikkontesta fuq l-ewwel u t-tielet distrett.
Huwa kellu rwol attiv fl-implimentazzjoni ta’ diversi riformi soċjali u anke fil-qasam tal-familja.
Ellul kien ukoll Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote.
Andy Ellul tilef darbtejn siġġu parlamentari f’din il-leġiżlatura.
L-ewwel meta tilef għal ftit elezzjoni każwali fuq ir-Raba’ Distrett (li fuqu kkontesta fl-aħħar elezzjoni) u t-tieni meta ġie injorat għal co-option biex jieħu post Etienne Grech mill-istess distrett.