Il-każi attivi ta' Covid-19 f'Malta komplew jonqsu hekk kif għal darb'oħra l-għadd tal-pazjenti mfejqa kien akbar mill-għadd ta' każi ġodda.
Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa, nstabu 288 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 699 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.
Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu għal 9,509 każi.
Total ta' 306,964 persuna issa ħadu l-booster tal-vaċċin.
Is-sitwazzjoni fl-isptar baqgħet waħda stabbli. Anke jekk telgħu għal 124 dawk rikoverati f'Mater Dei, fl-ITU għad hemm tmien persuni biss li għandhom il-Covid-19.
Intant mil-lum tneħħew xi restrizzjonijiet, fosthom l-ilbies tal-maskri fil-pubbliku iżda ddaħħlu oħrajn.
Fost dawn, biex persuna tidħol f'diversi stabbilimenti, inkluż dawk bħar-ristoranti, il-bars u anke l-gyms, trid tippreżenta ċertifikat validu tal-vaċċin.