Il-katavru ta' Paulina Dembska twassal il-Polonja wara li ttella' abbord ajruplan ieħor. Dan ifisser li l-funeral se jkun qed isir għada.
Paulina Dembska hija t-tfajla ta' 29 sena li sfat stuprata u maqtula fil-lejl ta' bejn l-1 u t-2 ta' Jannar f'Tas-Sliema. Abner Aquilina qed ikun akkużat bil-qtil tagħha.
L-Air Malta ċċarat dak li seħħ matul is-sigħat li għaddew. Fil-fatt, il-katavru ħalla Malta abbord titjira tal-Air Malta lejn Londra biex minn hemm jittella' abbord titjira oħra lejn Warsaw.
Jidher li t-titjira ma waslitx fil-ħin u t-titjira lejn Warsaw laħqet telqet. Madanakollu saru l-arranġamenti kollha biex il-katavru ttella' abbord titjira oħra u wasal il-Polonja, fil-ħin għall-funeral li se jsir għada.
Bħalissa għaddejja l-kumpilazzjoni ta' evidenza kontra Abner Aquilina li ma deherx quddiem il-Qorti għax reġa' ddaħħal Mount Carmel.