Il-ONE u n-NET għandhom jagħtu €4.7 miljun f'kontijiet mhux imħallsa lill-ARMS

One Productions għandha tagħti €1.25 miljun f'kontijiet tad-dawl u l-ilma filwaqt li Media.Link għandha €3.5 miljun f'kontijiet mhux imħassla

Iż-żewġ stazzjonijiet politiċi għandhom jagħtu €4.7 miljun lill-ARMS, il-kumpanija responsabbli mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-gazzetta oħt, MaltaToday, irrapportat kif One Productions għandha tagħti €1.25 miljun fi ħlas ta’ kontijiet b’lura, filwaqt li Media.Link għandha tagħti €3.5 miljun.

Skont l-istess rapport, anke jekk One Productions mistennija tgħaddi pagament lil ARMS fix-xhur li ġejjin, ftit li xejn hu magħruf dwar meta Media.Link se tkun qed tagħti dak dovut mingħandha. 

Sal-2014, l-istess gazzetta kienet irrapportat li ż-żewġ kumpaniji tal-midja kellhom jagħtu €2.5 miljun lill-ARMS. Minn dak iż-żmien, il-ħlas dovut kompla jakkumula.

More in Politika