Aġġornata | Vella ma ġiex sospiż minħabba l-linja editorjali; Il-GWU qed tiddefendih

Kelliem għall-General Workers Union jisħaq li Vella ġie sospiż mill-Union Print li hija kumpanija separata mill-Unjin u jisħaq li l-GWU qed tiddefendih

Kelliem għall-General Workers Union saħaq mal-gazzetta ILLUM li Victor Vella ġie sospiż mhux mill-unjin imma mill-kumpanija Union Print li tippubblika l-gazzetti u anke tieħu ħsieb il-midja tal-istess GWU.

F'kummenti mal-ILLUM, il-kelliem saħaq li mhuwiex minnu li Vella ġie sospoż minħabba linja editorjali.

Dan għall-kuntrarju ta' rapporti li qed jgħidu li Vella ġie sospiż wara li ma aċċettax pressjoni biex ma jippubblikax ċertu stejjer, inkluż dwar il-faqar u l-prekarjat.

Fil-fatt, l-istess kelliem insista li tant kemm ma kinitx il-unjin li ssospendietu, li l-GWU qed tiddefendi lil Vella.

Vella, li ilu 27 sena jaħdem mal-Union Print, ma kkummenta xejn dwar din is-sospensjoni.

More in Politika