Il-Ministru Miriam Dalli tħabbar l-estensjoni tal-wage supplement għax-xahar ta’ Marzu

Permezz ta’ dan, l-għajnuna lin-negozji bil-wage supplement tlaħħaq mas-€700 miljun

Il-wage supplement se jiġi estiż għax-xahar ta’ Marzu għall-kumpaniji kollha li qed jeħduh bħalissa fil-format li hu, ħabbret il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni illum.

“L-investimenti mill-kumpaniji lokali huma riflessjoni ta’ settur Malti reżiljenti, minkejja l-pandemija. Grazzi għall-impenn tal-Gvern Malti bi skemi u b’inċentivi varji, il-kumpaniji lokali setgħu jibqgħu joperaw. Bihom irnexxielna naċċertaw li dawn il-kumpaniji jkunu f’qagħda finanzjarja biex jinvestu fil-futur tagħhom,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli.

Intant, permezz ta’ dan, l-għajnuna lin-negozji bil-wage supplement tlaħħaq mas-€700 miljun.

More in Politika