Illejla l-PM Abela mistenni jagħti indikazzjoni dwar il-marina ta' Wied il-Għajn
L-NGOs, il-Kunsill Lokali u r-residenti ta' Wied il-għajn ilhom għal dawn l-aħħar ħames xhur jopponu l-proġett
More in Politika
L-NGOs, il-Kunsill Lokali u r-residenti ta' Wied il-għajn ilhom għal dawn l-aħħar ħames xhur jopponu l-proġett
Illum il-Prim Ministru Robert Abela mistenni jagħti indikazzjoni ċara jekk il-marina proposta minn Transport Malta f'Wied il-Għajn waqt rally fl-istess raħal.
Is-saga tal-yacht marina ilha għaddejja żmien, b'oppożizzjoni qawwija mir-residenti, kunsill lokali u diversi għaqdiet mhux governattivi (NGOs). Tant hu hekk li f'Awwissu li għadda l-Kunsill qabel unaniment u mexxew bil-mozzjoni li ttieħdet kontra dan il-proġett.
Intant ħames xhur wara l-Ministru Ian Borg iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn rigward l-istess mozzjoni. Matul din il-laqgħa l-Ministru Borg qal li ma kienx jaf bil-mozzjoni li ħa l-Kunsill f’Awwissu, liema mozzjoni tikkundanna l-ħruġ tas-sejħa għal investituri f’yacht marina fil-bajja ta’ Wied il-Għajn u tiddikjara li m’għandu jkun hemm l-ebda tip ta’ konċessjoni lill-privat għal yacht marina. Sadanittant, il-Kunsill reġa' ltaqa' fl-24 ta' Jannar u unanimament qabel li jżomm il-mozzjoni li ttieħdet f'Awwissu u għaldaqstant intbagħtet formalment lill-Ministru Borg u lil Transport Malta.
Il-mozzjoni tgħid li, "Il-Kunsill ta’ Marsaskala huwa kontra l-proposta mfassla minn Transport Malta fil-pre-qualifiation document tal-yacht marina f’Marsaskala u jikkundanna l-ħruġ ta’ dan id-dokument mingħajr konsultazzjoni mal-komunità ta’ Marsaskala. Il-Kunsill jeżiġi li dan id-dokument għandu jkun irtirat immedjatament u tiġi abbandunata l-idea ta’ konċessjoni ta’ yacht marina f’Marsaskala."
Ftit ġimgħat ilu, f'protesta kontra dan il-proġett, il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f'Wied il-Għajn, John Baptist Camilleri kien qal li hekk kif l-elezzjoni issa tinsab magħna, jixtieq li l-Iskalin ikollhom moħħhom mistrieħ darba għal dejjem, "u dan il-kapitlu jingħalaq u mhux jgħaddu xi ftit ġimgħat u jerġa' jiġi xi ħadd joħlom b'xi proposta simili jew agħar minn hekk."
Tajjeb li nfakkru li żewġ deputati Laburisti opponew għal dan il-proġett. Id-Deptutat Prim Ministru Chris Fearne kif ukoll Jean Claude Micallef li kien żvela mal-ILLUM li ma jridx li Wied il-Għajn jiġi vgat mill-yacht marina.
Hekk kif Fearne u Micallef saħqu li ma jaqblux ma' dan il-proġett, l-ILLUM tkellmet mal-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar l-u staqsietu, bħala Ministru tal-Ambjent x'jaħseb fuq il-yacht marina u jekk jaqbilx jew le.
Farrugia għażel li ma jikkumentax jekk huwa jaqbilx jew le fuq din il-kwistjoni. Huwa saħaq li, “d-deputati Laburisti kollha qed jaqblu mad-deċiżjoni li l-Prim Ministru ħa, li l-proġett għandu jsir mingħajr ma jtellef mill-ħin ta’ rikreazzjoni tal-Iskalin fosthom fil-bajja li kienu jgħumu fiha u li se jibqgħu jgħumu fiha.”
Huwa insista li kulħadd “qiegħed jaqbel ma’ dik in-narrattiva”, inkluż matul l-istess il-jum li saret l-intervista, probabbilment f’referenza għall-kummenti tal-Ministri Fearne u Borg. Farrugia qal li l-Ministru responsabbli mill-infrastruttura beda l-proċess tal-marina, kien hemm il-karba tal-iskalin u l-Prim Ministru ta widen.
“Tant hu hekk li diġà qal li l-forma tagħha ser tinbidel u anke l-bajja tiġi rispettata u tibqa’ titgawda mill-Iskalin fost nies oħrajn,” qal Farrugia.