Sussidju fuq il-kontijiet għall-pensjonanti u pubblikazzjoni tal-inkjesti maġisterjali; Cassola jipproponi
Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola nieda l-Manifest Elettorali
More in Politika
Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola nieda l-Manifest Elettorali
Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola nieda l-Manifest Elettorali tiegħu li huwa bbażat fuq tliet prinċipji prinċipali, jiġifieri ambjent nadif, politika nadifa u soċjetà ħanina.
Cassola insista li l-pajjiż illum ma għadux indipendenti u saru jikkmandaw l-iżviluppaturi, lobby groups, negozjanti u oħrajn.
“Ma jistax jinbidel kollox mil-lejl għan-nar. Imma naturalment, bija elett fil-Parlament, tistgħu tkunu żguri li mhux se noqgħod b’ħalqi magħluqa,” insista Cassola.
Fost oħrajn, fejn jidħol l-għajxien diċenti, Cassola qed jipproponi salarju bażiku minimu u diċenti u anke sussidji fuq l-internet, il-mowbajl u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-anzjani.
Fejn jidħol l-ambjent, punt għal qalb ħafna Cassola, il-kandidat qed jipproponi moratorju ta’ sentejn fuq żvilupp intensiv ta’ bini, inċentivi fiskali għal żgħażagħ fil-biedja, trasport pubbliku li jaħdem kif suppost, tisħiħ tal-fast ferries u aċċess pubbliku ħieles għal kull parti tal-kosta.
Dwar politika aktar nadifa, fost oħrajn, Cassola qed jipproponi li jissaħħu l-poteri tal-Kummissjoni kontra l-korruzzjoni, jiġu ppubblikati l-inkjesti Maġisterjali kollega, jiġi ppubblikat u investigat kull kuntratt dubjuż tal-Gvern u titwaqqa mill-ġdid Awtorità tal-Ippjanar “onesta u nadifa”
Ara hawn il-programm kollu: