'Il-kandidati li huma aġenti tal-bejgħ taċ-ċittadinanza għandhom jgħidu' - Cacopardo

Insista li din hi neċessità għax il-pubbliku għandu jkun jaf minn huma dawk li jaspiraw li jkunu fil-Parlament u li għandhom interess li l-iskema

Iċ-Chairperson tal-ADPD, Carmel Cacopardo saħaq li l-partiti l-kbar għandhom jgħidu jekk hemmx kandidati tagħhom li huma aġenti tal-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza.

“Huwa importanti li nkunu nafu min hemm fost dawk li jaspiraw li jkunu fil-Parlament li għandhom interess li l-iskema tal-passaporti tibqa’
għaliex għandhom liċenzja biex ibiegħuhom. Din hi neċessità – din hi informazzjoni li l-pubbliku għandu dritt għaliha,” insista Cacopardo. 

Saħaq li ħadd mill-kandidati ADPD ma’ hu assoċjat mal-bejgħ tal-passaporti bl-ebda mod.

Tenna s-sejħa tal-ADPD biex din l-iskema titwaqqaf kompletament u fakkar li din hija waħda mill-wiegħdi li qed jagħmel il-partit immexxi minnu.

Insista li d-deċiżjoni biex Malta tissospendi l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet minn Russi u Belarussi ttieħdet biss wara li n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern Malti u li “laħqet għamlitilna ħafna ħsara.”

Insista, li minħabba li dawk li rċevew il-passaporti “jistgħu jkunu ta’ theddida” għas-sigurtà tal-pajjiż u tal-bqija tal-UE, għandhom ikunu ppubblikati d-dettalji tagħhom u jingħataw ukoll lill-Interpol.

More in Politika