"Diżastru." Hekk iddeskriva x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa viċin l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, l-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari Alfred Sant.
Fuq Facebook, Sant staqsa jekk hemmx xi ħadd li jista' jirranġa "d-diżastru" li hemm viċin l-Ajruport b'mod partikolari d-direzzjonijiet biex wieħed jidħol jew joħroġ mill-MIA.
Fi kliemu, filgħaxija, il-problema hija ħafna akbar.
Semma fost oħrajn in-nuqqas ta' sinjali u n-nuqqas ta' dawk.
"X'ġara mill-mod professjonali li bih inbnew il-flyovers tal-Marsa?", staqa Sant waqt li fakkar li dawk ix-xogħlijiet kienu ħafna aktar komplessi.
Saħaq li meta kienu qed isiru x-xogħlijiet il-Marsa ħaseb li l-Maltin tagħlmu kien jimmaniġjaw proġetti infrastrutturali iżda insista li dan mhuwiex il-każ.