Il-Gvern Malti ta donazzjoni ta’ 200,000 doża tal-vaċċin lill-Kosta tal- Avorju. Din hija l-akbar donazzjoni li qatt saret ta’ dożi ta’ vaċċini minn Malta lil pajjiż barrani.
Il-vaċċin twassal abbord titjira diretta tal-Air Malta nhar il-Ħamis 7 ta’ April. It-titijira damet ħames sigħat u 45 minuta b’distanza ta’ 2,100 mil nawtiku lejn Abidjan, il-kapitali ekonomika tal-Kosta tal-Avorju. I
It-titjira li kienet kkoordinata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, telqet filghodu u ġiet operata bl-aħħar ajruplan Airbus A320neo tal-linja tal-ajru, 9H-NED.
F’dawn l-aħħar xhur, l-isforzi kollha ta’ Malta għall-kondiviżjoni tat-tilqim rriżultaw fil-ġarr ta’ aktar minn 710,000 doża ta’ vaċċin lil pajjiżi fil-bżonn.
Dawn l-isforzi tmexxew b’mod konġunt mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u l-Ministeru għas-Saħħa, b’ħidma mill- qrib mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Matul ix-xhur li għaddew l-Air Malta operat ukoll titjiriet lejn il-Libja, l- Eġittu, il-Gana u lejn ir-Rwanda sabiex twassal il-vaċċini.