Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, tkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba u stiednu biex il-President Ukren Zelenskyy jindirizza lill-Parlament Malti wara li jerġa' jiftaħ.
F'kummenti fuq Facebook, il-Ministru Borg saħaq li l-Ministru Ukren huwa grat għall-għajnuna li Malta qed tagħti, inkluż dik umanitarja, interventi mediċi u l-fatt li laqgħet diversi refuġjati Ukreni.
Borg saħaq li assigura lill-Gvern Ukren li Malta hija parti mis-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea u kommessa li timplimentawhom.
Qal li hu spjega lill-Ministru Ukren għaliex Malta għadha ma keċċietx diplomatiċi Russi, u dan minħabba ċ-ċokon tal-Ambaxxata Maltija f’Moska. Fi kliemu, il-Ministru Ukren fehem il-pożizzjoni ta' Malta.
Rigward it-talba biex il-President Ukren jindirizza l-Parlament Malti, Borg saħaq li l-Ministru Dmytro Kuleba apprezza din it-talba u dwarha se jkun qed jitkellem ma' Zelenskyy.
Aqra wkoll:
Sitt persuni jinqatlu wara li ħames missili laqtu l-belt Ukrena ta' Lviv