Il-prezzijiet qed jogħlew u qed jogħlew madwar l-UE kollha, li qed tara rata ta' inflazzjoni dejjem tiżdied. Fil-fatt skont ċifri tal-Eurostat l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea laħqet is-7.5% f'April, wara li kienet 7.4% f'Marzu.
Il-Eurostat tgħid illi huwa ċar illi l-prezzijiet tal-enerġija - jiġifieri dawl, fjuwils u aktar - huwa l-akbar kontributur għal dawn iż-żidiet hekk kif ir-rata annwali kienet ta 38%, ftit inqas fil-fatt mill-44.4% f'Marzu.
Meta tħares lejn l-inflazzjoni pajjiż, pajjiż, Malta fl-fatt kellha l-inqas rata ta' inflazzjoni f'April b'4.9%, bi Franza biss tiġi viċin b'5.5% u l-Finlandja b'5.6%. Dan huwa probabbilment frott tal-istabbilità fil-prezzijiet tal-enerġija li qed iżomm il-Gvern hekk kif qed jalloka €200 miljun, proprju sabiex jagħmel tajjeb hu għal dawn iż-żidiet hekk kif il-ftehim tal-Hedging għax-xiri tal-gass ġie fi tmiemu dan ix-xahar.
Intant l-aktar pajjiżi li raw rati inflazzjonarji għoljin fl-UE kienu l-Estonja b'19%, il-Litwanja b'16.6%, il-Latvja b'13.2% u l-Olanda bi 11.2%.