Sewwieq ta' mutur ta' 35 sena miet f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3am.
Skont il-Pulizija, is-sewwieq tal-mutur huwa Franċiż li jgħix tas-Sliema. Jidher li hu tilef il-kontroll tal-mutur Honda CB600 u baqa' dieħel f'barrier.
Is-sewwieq inqabad mal-barrier iżda l-mutur baqa' jitkaxkar għal diversi metri u spiċċa fil-ġenb tat-triq.
Ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo se tkun qed tmexxi l-inkjesta