L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ħabbar li l-President Ukren se jkun qed jindirizza l-Parlament Malti nhar it-Tlieta.
Waqt intervista fuq TVAM, Farrugia ħabbar li l-President Volodymyr Zelenskyy mistenni jindirizza l-Parlament Malti nhar it-Tlieta fl-4pm.
Dan ifisser li Zelensky se jindirizza d-Deputati Maltin ftit jiem biss wara li jerġa' jiftaħ il-Parlament għall-14-il leġislatura.
Kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg li għamel din l-istedina waqt telefonata li kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren.
Zelensky, permezz ta' video links, indirizza diversi Parlamenti, inkluż dak Taljan u Ingliż u anke l-Parlament Ewroprew.
L-appell tiegħu dejjem kien biex il-pajjiżi jagħmlu aktar biex jgħinu u jiddefendu lill-Ukrajna wara l-invażjoni Russa li bdiet fi Frar li għadda.
Aqra wkoll:
‘Anke jekk żgħira, Malta tista’ tilgħab rwol importanti ... kruċjali li Malta turi appoġġ mal-Ukrajna’