Il-Unjin Maltija għall-Għalliema kkundannat attakk li seħħ minn student fuq edukatur fl-Iskola Medja tan-Naxxar.
Il-każ jidher li seħħ il-ġimgħa li għaddiet u fih kien hemm involut student ta’ tnax-il sena. Skont rapporti, l-istudent attakka student ieħor u anke tliet għalliema li pprovaw iferquhom.
L-istudent spiċċa biex kisser in-nuċċali ta’ waħda mill-għalliema u li spiċċat weġġgħet ħafif.
Jidher li l-iskola minnufih ħadet il-passi kollha. Anke jekk ma sarx rapport lill-Pulizija, l-iskola tinsab f’kuntatt mas-servizzi għall-protezzjoni tal-minuri u anke qed toffri s-servizzi ta’ diversi professjonisti.
Fi stqarrija, il-unjin qalet li qed issegwi dan il-każ u qed titlob lill-Ministeru biex joffri l-appoġġ kollu lill-iskola u lill-edutukaturi kolha biex ma jkunx hemm aktar inċidenti simili.