Il-Unjin tal-Pulizija titlob għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali minħabba l-każ tat-Topo

Il-Malta Police Union qed takkuża lill-Avukat Ġenerali li falliet milli tipproteġi lill-pulizija u lil dawk li jaħdmu biex iżommu l-pajjiż sigur.

L-Avukat Ġenerali
L-Avukat Ġenerali

The Malta Police Union qed titlob għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali għax fi kliemha falliet milli tipproteġi lill-pulizija u lil dawk li jaħdmu biex iżommu l-pajjiż sigur.

L-MPU kienet qed tirreferi għal każ ta' Daren Debono, it-Topo, li miegħu kien sar patteġġjament fil-każ tas-serqa tal-HSBC u li fih kienu sparati diversi tiri inkluż lejn l-uffiċjali tal-Pulizija.

Bħala parti mill-patteġġjament, biex it-Topo jwieġeb ħati u jixhed fil-każ, kien intlaħaq qbil li titwaqqa' l-akkuża ta' attentat umiċidju.

Fi stqarrija, l-Malta Police Union qalet li hija ddiżapuntata bil-fatt li l-Avukat Ġenerali ma weġbitx għall-Protest Ġudizzjarju mressaq mill-istess unjin fl-14 ta' Jannar li għadda. 

"Mill-banda l-oħra, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sab il-ħin li jwaqqa' l-akkużi ta' attentat ta' umiċidju," kompliet l-istqarrija waqt li fakkret li minn dan kollu la l-Qorti u lanqas il-Pulizija ma ħadu xejn.

Propju għalhekk li l-Malta Police Union qed titlob għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali.

Aqra aktar:

More in Politika