Viva San Ġwann Portelli! Qaddis patrun tal-bini u t-torrijiet

L-artist Adonai Camilleri Cauchi jammetti li x-xbieha fuq pavaljun tal-festa fin-Nadur tixbah lil kuntrattur Joe Portelli kif jgħid li kull xbieha tal-appostli kienet ibbażata fuq helpers u donaturi tal-festa

Il-kuntrattur Għawdxi Joseph Portelli sab ruħu fuq pavaljun tal-festa ġewwa raħal twelidu fin-Nadur, Għawdex. 

Il-pavaljun li ġie misbuħ fl-2019, ġibed l-interess tan-nies li kienu għaddejin fit-toroq tan-Nadur, li ġew armati għal festa tar-raħal, dik ta' San Pietru u San Pawl.

Il-pavaljun ġie misbuħ mill-artist Għawdxi Adonai Camilleri Cauchi. 

Ritratt meħud mis-sit ta' Times of Malta
Ritratt meħud mis-sit ta' Times of Malta

Dalgħodu il-ġurnal ta' The Times of Malta tkellem mal-artist li ammetta li uża l-wiċċ tal-kuntrattur bħala insipazzjoni għal pavaljun ta' San Ġwann l-Evanġelist.

Huwa qal ukoll li l-appostli kollha fuq il-pavaljuni għal festa tan-Nadur ġew magħmulha fuq ix-xbieha ta' persuni li jgħinu fil-festa inkluż donaturi.

More in Politika