L-MPFCA tgħid lil Micallef illi ma jistax joħroġ kontra Muscat 'għax din mhux elezzjoni imma ħatra'

Jean Claude Micallef qal li se jikkontesta għall-kariga ta' President tal-Malta Professional Football Clubs Association (MPFCA)....

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef

L-eks Deputat Laburista Jean Claude Micallef se jkun qed jikkontesta l-Presidenza tal-Malta Professional Football Clubs Association (MPFCA) kontra l-eks PM Joseph Muscat li qed jiġi imbuttat minn numru ta' clubs. L-istess MPFCA iżda fi stqarrija sostniet li bħalissa qed tfittex Chairman minn barra il-clubs biex ikun jista' jmexxi t-tranżizzjoni li tinsab fl-istrateġija tal-MFA. "Din mhix elezzjoni iżda ħatra b' deċiżjoni."

Aktar kmieni Micallef qal illi mhux se jippermetti li r-reputazzjoni tal-clubs tal-futbol tiġi mċappsa - avolja ma elaborax wisq aktar fuq dan il-punt. Micallef kien Deputat Laburista u sar attiv fil-Partit Laburista, meta dan kien immexxi minn Joseph Muscat.

 "Ħadt pass illum, għax qatt ma nista' nħalli ir-reputazzjoni tal-clubs tkun imċappsa," sostna filwaqt li qal li l-Premier għandu jkun maqtugħ mill-MFA u wiegħed li jekk elett jimxi lilhinn mill-"partiġġjaniżmu u l-parrokjaliżmu" u jimplimenta sistema professjonali.  

Isem Muscat issemma' din il-ġimgħa u qajjem ftit ta' pandemonju u xi reżistenza minn numru ta' clubs - fosthom, tal-Valletta FC u Gudja FC. Il-Kuntrattur Joe Portelli li jmexxi lit-tim ta' Ħamrun Spartans huwa mifhum li kien wieħed mill-proponenti ta' Muscat. 

 

More in Politika