Graffitti bit-tieni ittra lil ħames Ministri dwar is-sitwazzjoni f'Kemmuna
Jipproponu li d-dgħajjes il-kbar, li jieħdu mijiet ta’ turisti f’salt wieħed, ikunu projbiti minn din il-gżira...
More in Politika
Jipproponu li d-dgħajjes il-kbar, li jieħdu mijiet ta’ turisti f’salt wieħed, ikunu projbiti minn din il-gżira...
Il-Moviment Graffitti bagħat it-tieni ittra tiegħu lil ħames Ministri – tat-Turiżmu, ta’ Għawdex, tal-Ambjent, tal-Artijiet u tal-Ippjanar - dwar is-sitwazzjoni f’Kemmuna, b’mod partikolari il-Blue Lagoon. Fiha l-Moviment innota li ma rċieva ebda tweġiba għall-ewwel ittra li ntbagħtet fis-6 ta’ Ġunju u esprima d-dispjaċir tiegħu li minn dak iż-żmien ‘l hawn is-sitwazzjoni baqgħet waħda "kompletament inaċċettabbli."
Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet, il-Moviment Graffitti wissa li lest jerġa’ jieħu azzjoni diretta sabiex jiżgura li Kemmuna titgawda minn kulħadd u jitħares l-ambjent naturali tagħha.
Il-Moviment Graffitti fakkar li hu dejjem saħaq li r-raġuni tas-sitwazzjoni gravi fil-Blue Lagoon hija "x-xibka ta’ kummerċ intensiv li ħakmet din il-bajja, mhux id-deckchairs u l-umbrelel biss, iżda wkoll id-dgħajjes kbar (bħal katamarani) li jferrgħu mijiet ta’ turisti u n-numru esaġerat ta’ gabbani kbar li joħolqu skart u storbju insostenibbli."
Il-Moviment Graffitti spjega kif fl-ittra mhux biss ġie espress li t-tħassib tagħhom ma kienx rikonoxxut iżda fi stqarrija sostna li meta "erġajna żorna Kemmuna ftit tal-ġranet ilu, sibna li kienu tneħħew biss il-ftit deckhairs mill-parti żgħira ramlija, filwaqt li l-bqija taż-żona – is-simenta, il-passaġġ u l-bajja ż-żgħira l-oħra – kienu għadhom miksijin deckhairs vojta u umbrelel minn kmieni filgħodu."
Graffitti sostna li għal darbtejn il-Ministru għat-Turiżmu Claytin Bartolo ma weġibx mistoqsijiet Parlamentari dwar il-kompożizzjoni u x-xogħol tal-kumitat, li suppost jieħu ħsieb is-sitwazzjoni f'Kemmuna u li l-istess Ministru għamel referenza għalih. "Filfatt kollox jindika li dan il-kumitat – li kien twaqqaf fl-2017 sabiex, fost oħrajn, jevalwa l-Pjan ta’ Ġestjoni għall-Kemmuna tal-2016 – preżentament ma jeżistix," kompliet tgħid l-istqarrija.
L-ittra tisħaq li għandhom jittieħdu miżuri minnufih sabiex tieqaf il-ħsara li qed issir u sabiex din il-bajja terġa’ tingħata lill-poplu. Dawn il-miżuri huma: