L-eks Prim Ministru u President Emeritus Eddie Fenech Adami jiddaħħal l-isptar

Huwa ħassu ma jiflaħx u kellu jiddaħħal l-isptar aktar kmieni llum...

Il-President Emeritus u l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami dalgħodu ddaħħal l-istpar Mater Dei wara li aktar kmieni ħassu ma jiflaħx.

Is-sit Net News qed jirrapporta li membru tal-familja tiegħu li kkonfermalna li hu ttieħed l-isptar b’ambulanza u għalissa qed jinżamm taħt ossservazzjoni.

Eddie Fenech Adami għandu 88 sena, kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-1977 u sar Prim Ministru fl-1987 meta l-PN kien elett wara ħames snin ta' turbolenza politika hekk kif fl-1981, il-PN kien ġab maġġoranza ta' voti f'dik l-elezzjoni imma mhux maġġoranza ta' siġġijiet. Fenech Adami baqa' Prim Ministru sal-1996, imma reġa' kien elett sentejn wara dan - hekk kif Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant kien tilef il-maġġoranza Parlamentari. Huwa baqa' Prim Ministru sal-2004, wara li kien mexxa l-kampanja referendarja biex Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea u sussegwentement saret membru sħiħ fl-2004. 

Fenech Adami imbgħad kien inħatar President tar-Repubblika, mossa li wasslet għal ħafna kritika lejn Gvern Nazzjonalista. 

More in Politika