Eddie Fenech Adami joħroġ mill-isptar illum

L-eks Prim Ministru u President iddaħħal l-isptar ilbieraħ wara li tah ħass ħażin id-dar

L-eks Prim Ministru u President Eddie Fenech Adami se joħroġ mill-isptar Mater Dei illum is-Sibt, jum wara li ddaħħal fl-istess sptar minħabba li ħassu ħażin.

Fenech Adami għadda minn diversi testijiet u kien qed jinżamm taħt osservazzjoni.

Eddie Fenech Adami għandu 88 sena, kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-1977 u sar Prim Ministru fl-1987 meta l-PN kien elett wara ħames snin ta' turbolenza politika hekk kif fl-1981, il-PN kien ġab maġġoranza ta' voti f'dik l-elezzjoni imma mhux maġġoranza ta' siġġijiet. Fenech Adami baqa' Prim Ministru sal-1996, imma reġa' kien elett sentejn wara dan - hekk kif Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant kien tilef il-maġġoranza Parlamentari. Huwa baqa' Prim Ministru sal-2004, wara li kien mexxa l-kampanja referendarja biex Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea u sussegwentement saret membru sħiħ fl-2004. 

Fenech Adami imbgħad kien inħatar President tar-Repubblika, mossa li wasslet għal ħafna kritika lejn Gvern Nazzjonalista. 

More in Politika