Nhar it-Tnejn li ġej, l-inġiniera f'Malta se jivvutaw biex jeleġġu tliet membri li jirrappreżentawhom fuq il-Bord tal-Inġinerija.Tliet membri b'kollox se jiġu eletti bħala rappreżentanti tal-inġiniera u dawn jingħaqdu mat-tliet membri l-oħra li jkun ġew magħżula mill-Gvern flimkien maċ-Chairperson.
L-inġiniera li għandhom il-warrant se jkunu jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom fil-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Francesco Buonamici, Belt is-Sebħ, fil-Furjana nhar it-Tnejn, 22 ta’ Awwissu bejn it-3pm u s-7pm.
L-aħħar elezzjoni li saret kienet fl-2020 u rat numru rekord ta’ inġiniera li tefgħu l-vot tagħhom.